Jinżamm arrestat talli pprova jisraq frotta

Raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żebbuġ inżamm taħt arrestat preventiv wara li qed jiġi akkużat li pprova jisraq frotta minn għalqa u li attakka lil sid il-għalqa.

Roderick Fiteni hu mixli li lbieraħ daħal ġo għalqa fis-Siġġiewi u pprova jisraq frotta u kellu xi jgħid mal-bidwi li qabdu jisraq fil-fatt.  Kien dak il-ħin li ħarab minn fuq il-post imma ġie arrestat minnufih mill-pulizija. 

Skont l-avukat ta’ Fiteni, il-klijent tiegħu ġie arrestat meta kien fi triqtu lejn l-għassa tal-lokal.

Jidher li Fiteni bħalissa jinsab bla impjieg u anke kiser il-kundizzjoni tal-libertà proviżorja hekk kif fil-passat kellu każ ieħor il-qorti b’rabta ma’ ġlieda familjari.