Jinżamm arrestat talli allegatament ta n-nar lil karozza fil-Belt Valletta

Raġel qed jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li ta n-nar lil karozza lussuża fil-Belt Valletta f’Novembru li għadda.

Il-Libjan għandu 45 sena u joqgħod fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far.

Huwa ġie akkużat b’kompliċità fil-każ, billi allegatament ipprovda l-fjuwil u għen biex il-karozza tieħu n-nar. Wieġeb mhux ħati, iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.

Żewġ irġiel oħra qed jiġu investigati b’rabta mal-każ.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, iddeċidiet li l-akkużat għandu jinżamm arrestat.