​Jinżamm arrestat ir-raġel fl-argument f’Ta’ Sannat

Tressaq il-Qorti b’arrest wieħed mis-Somali li nhar il-Ħadd li għadda, kien involut f’argument ma’ Somalu ieħor f’Ta’ Sannat.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Paul Coppini caħdet it-talba għal-liberta’ proviżorja taż-żagħżugħ ta’ 21 sena li joqgħod iż-Żebbuġ.
Dan wara li l-istess żagħżugħ il-ġimgħa li għaddiet tressaq il-Qorti ta’ Għawdex wara li ħebb u hedded uffiċjal tal-pulizija. Dakinhar hu ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali.
L-argument ta’ nhar il-Ħadd filgħaxija fi Triq l-Isqof Davide Cocco Palmieri, ħalla lil Somalu ieħor, ta’ 39 sena residenti Ta’ Sannat bi ġrieħi gravi.
Meta waslu fuq il-post, il-pulizija sabu raġel minxur mal-art mimli demm.