Jinżamm arrestat fuq akkużi ta’ bestjalità f’Għawdex

Żagħżugħ qed jinżamm arrestat fuq akkużi ta’ atti bestjali fil-konfront ta’ debba fix-Xewkija.

In-Niġerjan ta’ 22 sena tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex illum.

Ġie akkużat li fit-30 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-7.15pm, ikkawża tbatija lil annimal fi Triq l-Imġarr u li fl-1 t’Ottubru fis-6pm, għamel ħsara lill-propjetà ta’ ħaddieħor. Sorsi infurmaw lil Newsbook.com.mt li ż-żagħżugħ wettaq atti sesswali ma’ debba.

Huwa wieġeb mhux ħati u qed jinżamm arrestat.

Inqabad bil-kannabis

F’każ separat li wkoll deher quddiem il-Maġistrat Monica Vella, raġel ta’ 39 sena mill-Gambja li joqgħod iż-Żebbuġ ġie akkużat li kellu fil-pussess tiegħu l-kannabis, bl-iskop li jittraffikaha.

Dan ukoll wieġeb li mhux ħati u qed jinżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.