Jinżamm arrestat b’akkużi ta’ kważi 40 serqa

Raġel ta’ 32 sena qed jinżamm arrestat wara li ċaħad li mhux ħati ta’ kważi 40 akkużi ta' serq.
Hu tressaq il-Qorti aktar kmieni llum u qed jinsab akkużat b’sensiela ta’ serqiet vjolenti minn anzjani f’Ħal Tarxien, Santa Luċija, Mqabba, Paola, Żurrieq, Ħal Luqa, Gudja u Ħal Għaxaq.
Dawn is-serqiet saru kollha bejn is-7 u l-10 ta’ April li għadda.  
Hu jinsab akkużat ukoll li kiser erba’ kundizzjonijiet li kienu mposti fuqu mill-Qorti.
Ir-raġel ġie identifikat wara li karozza li kienet qed jisraq biha ħadet in-nar.
Il-pulizija kienet ukoll qed tagħmel investigazzjoni kriminali u eżerċizzju undercover.