Jinżamm arrestat akkużat bl-isparatura f’Ta’ Xbiex

Read in English.

Raġel ta’ 52 sena qed jinżamm arrestat minħabba li qed jiġi akkużat bl-isparaturi tal-bieraħ bil-lejl f’Ta’ Xbiex. Dan wara li l-Qorti ċaħdet it-talba tal-avukati tiegħu għall-ħelsien mill-arrest.

Ir-raġel mill-Fgura qed jiġi akkużat li fost l-oħrajn prova joqtol, li weġġa’ gravi lill-vittma u li kien qed iġorr sikkina fuqu mingħajr liċenzja.

AQRA: Raġel jintlaqat minn sparaturi f’Ta’ Xbiex

Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt meta għall-ħabta tas-1.50am raġel ta’ weġġa’ gravi meta ntlaqat bl-isparaturi f’Ta’ Xbiex.

L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri ressqu t-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li argumentaw li l-akkużat kellu indirizz fiss u kien lest li jirrispetta l-kundizzjonijiet imposta fuqu. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li qalet li l-każ kien wieħed gravi u għad hemm xhieda li jridu jixhdu.

Ir-raġel inżamm taħt arrest preventiv. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.