Jinżamm arrestat akkużat b’ħasil tal-flus; lagħab nofs miljun Ewro f’casinos

Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel ta’ 46 sena minn Birkirkara baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat b’ħasil ta’ flus. Huwa lagħab man-nofs miljun ewro f’għadd ta’ casinos f’Malta f’għaxar snin.

Ir-raġel fil-Qorti qal li ma jaħdimx.

Il-Pulizija li qed tmexxi l-prosekuzzjoni qalet li r-raġel kellu kont wieħed il-bank li fih kienu jidħlu l-pagamenti tas-sigurtà soċjali peress li ma kienx jaħdem.

Il-prosekuzzjoni qalet li fil-kont tiegħu daħlu eluf ta’ ewro li kienu jerġgħu jinħarġu. Ir-raġel għażel li ma jweġibx il-mistoqsijiet tal-Qorti ħlief biex jiċħad l-akkużi.

Huwa lanqas għamel talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Magistrat Rachel Montebello laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi tiegħu.