Jinxtered ammont ta’ diżil fit-triq u l-baħar f’Ta’ Xbiex

Ammont konsiderevoli ta’ diżil infirex fi Triq ix-Xatt f’Ta’ Xbiex, kif ukoll fil-baħar, minn bawżer li kellu xi pajpijiet difettużi.
Membru tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am, xħin is-CPD issejħu biex jitnaddaf dan id-diżil.
Huma marru fuq il-post sabiex inaddfu d-diżil kemm mill-art kif ukoll mill-baħar.
It-triq baqgħet miftuħa għat-traffiku.