Jintużaw aktar boroż griżi fl-2013

L-ammont ta’ skart solidu irriġenerat matul is-sena 2013 żdied b’5.5% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li matul l-2013, aktar minn 2,000 tunnellata ta’ skart solidu kien trattat f’Malta.
Fl-2013 kienet reġistrata wkoll żieda ta’ 7.6% fl-iskema tal-boroż ħodor jew griżi.
B’hekk matul is-sena 2013, l-iskart li ttieħed fl-Impjant ta’ Sant’Antnin żdied b’6.3% fuq is-sena ta’ qabel biex b’hekk il-WasteServ ipproċessat 70,368 tunnellata ta’ skart f’dan l-impjant.
Jirriżulta li kien hemm żieda ta’ 7.8% fl-iskart mill-qasam tal-kostruzzjoni.
L-istatistika turi wkoll li fl-istess sena, l-iskart fil-miżbliet naqas b’1.8% hekk kif kien irreġistrat ukoll tnaqqis ta’ 2.6% fil-kwanitità ta’ skart li jintefa’ fil-miżbliet.