Jintrema żejt mal-irdum ‘Tal-Mara’

L-għaqda ambjentali ‘Nature Trust’ uriet id-diżappunt tagħha fuq rapporti li ntrema żejt mal-irdum ‘Tal-Mara’ fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Qalet kif l-irdum jilqa’ fih diversi pjanti endemiċi, fosthom il-pjanta nazzjonali ‘Widnet il-Baħar’.

L-għaqda ħeġġet lill-pubbliku biex jekk għandu informazzjoni dwar dan il-każ, jgħaddih lill-pulizija.