Jintqal li kien hemm il-paniku dakinhar tal-inċident fatali tal-1 ta’ Jannar

Fil-Qorti ntqal li kien hemm il-paniku dakinhar li seħħ l-inċident fatali fl-1 ta’ Jannar li għadda f’Għawdex fejn miet Matthew Meilak.
Fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra żagħżugħ ta’ 22 sena minn San Ġwann, li jinsab mixli bil-qtil involontarju ta’ Meilak li kellu 22 sena wkoll, intqal li dakinhar li seħħ l-inċident kien hemm il-paniku biex jippruvaw jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittma, li dak il-ħin kien mal-art.
Fil-Qorti ntqal li wieħed mill-passiġġieri li kienu fil-karozza spiċċa f’xokk bil-paniku.
Ġew mibdula l-kundizzjonijiet li kienu imposti fuq l-akkużat u ngħata l-permess li jikkomunika ma’ sħabu li diġà xehdu fil-Qorti.
Il-każ se jkompli f’Settembru li ġej.