Raġel għereq waqt li kien qed jgħum fil-bajja tal-Armier. Huwa nstab wiċċu ‘l isfel fl-ilma u ttella’ minnufih.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermaw li l-vittma kienet Ingliż ta’ 76 sena, u li fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-vittma, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.