Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropeja jidher li leħqu qbil dwar Brexit. Wara snin ta’ inċertezza u xhur ta’ qtigħ il-qalb, jidher li ż-żewġ naħat qablu kif għandhom jibnu futur separat.
Skont rapporti mill-BBC u The Guardian jidher li ż-żewġ naħat baqgħu għaddejjin bit-taħditiet tul il-lejl u jidher li issa ftit li xejn baqa’ xi jkun iffinalizzat. Dan kien ikkonfermat mill-President tal-Kummissjoni Ewropeja Ursula Von Der Leyen, mill-Kap Negozjatur Michel Barnier waqt konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin ilu. Filwaqt li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħareg stqarrija.


