Jintlaqgħu aktar applikazzjonijiet għall-iskejjel tal-Knisja

Fis-26, 27, 30 ta’ Jannar u fit-2 ta’ Frar se jintlaqgħu l-applikazzjonijiet tat-tielet kriterju “Applikanti Oħra” għat-Tieni Sena Kindergarten u għall-Ewwel Sena Sekondarja għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2015-2016.
It-total ta’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Sekondarja Subien huwa ta’ 252 u kien hemm 159 applikazzjoni. Dan ifisser li għad baqa' 93 post vakanti.
Fl-iskejjel tal-bniet hemm 46 post vakanti u ntefgħu 30 applikazzjoni.
F'dak li għandu x'jaqsam mat-Tieni Sena Kindergarten Subien, it-total ta' postijiet vojta huwa ta' 131 u saret 32 applikazzjoni.
Fit-Tieni Sena Kindergarten Bniet hemm post għal 295 tifla u ntefgħu 111-il applikazzjoni.
Aktar dettalji jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul li jinsabu fuq il-websajt tal-Knisja f’Malta.