Jintlaqat minn żiemel fis-Siġġiewi; fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 30 sena minn Naxxar jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ntlaqat minn żiemel fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am f’kumpless fi Triq Ħal Farruġ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.