​Jintlaqat minn trakk fil-Mosta; iweġġa’ gravi

Raġel ta’ 82 sena mill-Mosta weġġa’ gravi meta ntlaqat minn trakk fil-Mosta stess.
Kien għall-ħabta tas-6.30am meta seħħ il-każ fi Triq id-Dawr.
It-trakk kien misjuq minn raġel ta’ 32 sena mir-Rabat.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.