Jintlaqat minn karozza f’San Ġiljan; Ġrieħi gravi

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Raġel weġġa’ gravi meta ntlaqat minn karozza f’San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident li seħħ fi Triq il-Kulleġġ l-Antik għall-ħabta tal-10:15 am.

Ir-raġel li weġġa’ għandu 42 sena u joqgħod f’Birkirkara. Il-karozza li laqtitu kienet misjuqa minn raġel Sud Afrikan ta’ 31 sena residenti Santa Venera. Ir-raġel ta’ 42 sena ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.