Aġġornata: Gravi r-raġel li ntlaqat mill-bieba ta’ kowċ

Raġel ta’ 41 sena miż-Żurrieq weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn bieba ta’ kowċ, waqt li kien qed jibdel it-tyre ta’ trakk fir-Rabat.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq il-Buqana.
Il-kowċ kienet misjuqa minn raġel ta’ 61 sena minn Ħal Għaxaq.
Ir-raħel ittieħed Mater Dei, fejn ġewlu ċċertifikati l-ġrieħi msemmija.