Jintlaħaq qbil biex jgħin tfal vulnerabbli

Read in English.

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli qalet li l-ftehim li ntlaħaq dwar it-tiġdid tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) se tkun ta’ għajnuna għal tfal vulnerabbli.

Miriam Dalli spjegat ukoll kif l-għodod tal-SIS jistgħu jintużaw fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħtif u t-traffikar tat-tfal u f’każijiet ta’ tfal neqsin.

Qalet ukoll li dan il-ftehim jiżgura li d-drittijiet fundamentali dwar il-protezzjoni tad-data tagħhom jkunu rispettati.

Dan il-ftehim intlaħaq bejn il-Presidenza Bulgara tal-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew u se jgħin ukoll fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.