Jintlaħaq qbil bejn l-UĦM u l-Ministeru tas-Saħħa

Se jiġu sospiżi l-azzjonijiet industrijali kollha fis-servizzi dwar l-Allied u l-Paramedic Aides.
Dan ħabbritu l-Unjin Ħaddiema Magħqudin wara li iktar kmieni llum intlaħaq qbil waqt laqgħa mal-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa.
Is-segretarju tas-sezzjoni tas-saħħa tal-UĦM, Gian Paul Gauci qal li l-azzjonijiet industrijali ta’ 10 setturi differenti tas-saħħa kienet qed issir wara li l-Gvern ma implimentax il-ftehim li kien intlaħaq fl-2013.
Spjega kif tliet ġimgħat ilu, il-unjin ħarġet direttivi sabiex ikun hemm azzjoni industrijali madanakollu l-Gvern ma ħa l-ebda passi. Kien hawnhekk meta l-unjin qalet lill-Gvern li se tkun qed twaqqaf l-operazzjonijiet jekk ma jsir ebda progress.