Jintlaħaq qbil bejn il-UĦM u l-MPT

Minn nhar l-Erbgħa li ġej il-UĦM se tingħata rikonoxximent ewlieni bħala r-rappreżentanta tal-ħaddiema tal-Malta Public Transport.
Wara l-konferenza tal-aħbarijiet tal-bieraħ, uffiċjali għoljin mill-MPT u mill-UĦM iltaqgħu b’emerġenza dalgħodu biex tinstab soluzzjoni.
Il-kumpanija spjegat li kienet qed tiffinalizza l-proċess ta’ verifika biex tiżgura li r-riżultat ikun finali fl-interess tal-impjegati biex ikun hemm stabilità wara li l-UĦM tiġi aċċettata bħala r-rappreżentanta tal-ħaddiema.
Dan il-ftehim se jkun qed jagħti pjattaforma aħjar lill-kumpanija fil-provvediment tas-servizz tagħha lill-pubbliku Malti u Għawdxi.
Fi stqarrija konġunta bejn l-MPT u l-UĦM, iż-żewġ partijiet qablu li b’mod immedjat, l-azzjonijiet industrijali kollha kif ukoll l-azzjonijiet legali fil-qrati jiġu rtirati.