Jintlaħaq ftehim mal-Gvern għas-self ta’ apparat assistiv għall-anzjani f’Għawdex

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva laħaq ftehim mal-Għaqda Ħbieb tal-Anzjani u Morda f’Għawdex li permezz tiegħu se jissaħħaħ is-servizz ta’ self ta’ apparat assistiv f’Għawdex.

Dan is-servizz sa issa kien jiġi mogħti minn din l-għaqda, iżda issa se jiġi parti mis-servizzi mogħtija mill-Gvern f'Għawdex.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret dan waqt li kienet qiegħda żżur il-post ta’ fejn ser ikun qiegħed jinżamm l-apparat u l-uffiċini minn fejn ser jiġi amministrat dan is-servizz.