Jintlaħaq ftehim għall-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport

Intlaħaq qbil dwar il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport. Dan wara li l-UĦM issospendiet l-azzjonijiet industrijali li kienu fis-seħħ biex tkun tista’ ssir laqgħa bil-għan li jintlaħaq ftehim aħħari mal-Ministeru tal-Familja.

Tard wara nofsinhar ilbieraħ intlaħaq qbil dwar il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport.

Skont is-Segretarjat għall-Familja, l-argumenti tal-UĦM huma bbażati fuq “kwistjoni żgħira” imma jaf iwassal għal diżgwid bejn il-ħaddiema, u b’hekk għal tbatija fuq nies b’diżabilità.

Is-Segretarjat għall-Persuni b’Diżabilità appella aktar kmien din il-ġimgħa lill-Unjin Ħaddiema Magħqudin biex twaqqaf l-azzjonijiet industrijali u tiffirma l-ftehim kollettiv ta’ bejniethom, għax jekk le, tkun qed tikkawża “tbatija żejda u bla bżonn” fuq persuni b’diżabilità.