Jintlaħaq ftehim dwar il-prezz tar-radam fil-barrieri

Matul il-laqgħa li saret is-Sibt intlaħaq ftehim biex il-prezz għall kull tunnellata skart li jispiċċa fil-barrieri se jkun ta’ €8 + VAT.  Din il-laqgħa kienet indirizzatha mill-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera u l-President tal-Malta Developers Association Sanrdro Chetcuti. Ġie maqbul ukoll li dan il-prezz ma jinbildx tul is-sena u nofs li ġejjin.

Il-Ministru qal li din id-deċiżjoni ttieħdet biex il-prezz jiġi stabilizzat u ma titnaffarx l-ekonomija b’żidiet mhux ġustifikati. Semma li huwa se juża l-mezzi kollha neċessarji jekk kemm-il darba ma jsibx koperazzjoni ġenwina mill-operaturi tal-barrieri.

Min-naħa tiegħu Chetcuti qal li permezz ta’ dan il-ftehim se tiġi estiża wkoll il-final witholding tax ta’ 10% fuq dan il-prezz stabbilit u appella lil Gvern biex ikun hawn soluzzjonijiet alterattivi għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni billi jinfetħu aktar barrieri għal dan il-għan kif ukoll biex ikun hawn direzzjoni ċara dwar ir-riklamazzjoni tal-art f’Malta.

L-Malta developers Association ħabbret li l-ħinijiet tal-barrieri se jkunu estiżi mis-6.30am sal-3.45pm.