Jintlaħaq ftehim dwar il-budget tal-UE

Read in English.

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea laħqu ftehim dwar il-pakkett finanzjarju ta’ 1.8 biljun Ewro biex jgħinu lill-ekonomija tirkupra mir-riċessjoni kkawżata mill-pandemija wara li laħqu kompromess mal-Polonja u l-Ungerija.

Dan ħabbru l-president tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja Charles Michel.

Il-ftehim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) ta’ €1,1 triljun u l-fond storiku ta’ rkupru ta €750 biljun euro jwitti wkoll it-triq għas-27 Stat Membru biex jaqbel dwar tnaqqis aktar ambizzjuż tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra – b’55% sal-2030 kontra l-livelli tal-1990, minflok b’40% kif miftiehem issa.

L-għanijiet il-ġodda f’dan il-qasam se jiġu diskussi mill-mexxejja aktar tard il-Ħamis.

“Issa nistgħu nibdew bl-implimentazzjoni u nibnu lura l-ekonomiji tagħna. Il-pakkett ta’ rkupru importanti tagħna se jmexxi ‘l quddiem it-transizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tagħna, “qal il-president tas-summit Charles Michel fuq Twitter.