Jintilef test mediku ta’ pazjent

Il-Ministeru tas-Saħħa fetaħ inkjesta wara li ntilef test mediku ta’ pazjent. Jirriżulta li l-Ministeru tas-Saħħa sar jaf bil-każ dalgħodu.

Fi stqarrija ntqal li l-każ qed jiġi ttrattat b’serjetà kbira filwaqt li ntqal ukoll li l-qraba tal-pazjent se jkunu mgħarfa bil-konklużjonijiet tal-investigazzjoni.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-Gvern qed jindirizza n-nuqqasijiet fis-sistema tas-saħħa li wiret mill-Gvern preċedenti, hekk kif kien allegat li din is-sistema tista’ twassal għall-każijiet ta’ dan it-tip.