Jintilef qattus bi 3 saqajn f’Għawdex

L-Animal Welfare ta’ Għawdex qed tagħmel appell għall-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil Danny, qattus ġinġri li ħarab minn dar f’Ta’ Sannat. Il-qattus għandu 3 saqajn u apparti li huwa ċċipjat għandu wkoll kullar abjad b’isem fuqu.

Għaldaqstant l-appell huwa biex min jilmaħ lil dan il-qattus jikkuntattja minnufih l-Animal Welfare ta’ Għawdex billi jibgħat messaġġ privat fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook jew inkella jċempel fuq in-numru 79691717.

Ritratt: Facebook/AnimalWelfareGozo