Jintgħażlu l-plejers għall-kwalifiċi tal-UEFA Women’s Euro 2021

Joe Borg (2018)

Il-coach tat-Tim Nazzjonali tan-nisa, Mark Gatt għażel l-iskwadra ta’ 20 plejer għall-kwalifiċi tal-ftuħ tal-UEFA Women’s Euro 2021. It-tim se jkun qed jilgħab barra minn Malta kontra d-Danimarka u l-Bosnia Herzegovina.

Il-Maltin se jibdew il-logħob ta’ kwalifiċi kontra d-Danimarka nhar il-Ħamis u se jilagħbu kontra l-Bosnia Herzegovina fit-3 ta’ Settembru. Fl-istess grupp hemm l-Italja, l-Iżrael u l-Ġorġja.

Il-plejers magħżula huma dawn:

Goalers
Janice Xuereb (Birkirkara); Rachelle Lynn Borg (Mġarr United); Anna Louise Vincenti (Motherwell, Scotland).

Difensuri
Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Alishia Sultana (all Birkirkara); Nicole Sciberras (Juventus, Italy); Jasmine Vella Turner (Mġarr United); Charlene Zammit (Swieqi United).

Midfielders
Brenda Borg, Claudette Xuereb (Mġarr United); Rachel Cuschieri (PSV Vrouwen, Netherlands); Jade Flask, Emma Xuereb, Shona Zammit (all Swieqi United); Dorianne Theuma (Hibernians); Veronique Mifsud (Birkirkara).

Attakkanti
Martina Borg (FC Sassari Torres, Italy); Maria Farrugia (Sunderland AFC, England); Ylenia Carabott (Birkirkara).