Jintgħażel il-konsorzju għall-iżvilupp ta’ marina f’Sa Maison

Il-konsorzju Marina Di Valletta ntgħażel sabiex jingħata konċessjoni għall-iżvilupp, it-tmexxija u l-operazzjonijiet relatati ma’ marina f’Sa Maison.
Dan il-konsorzju huwa magħmul minn kumpaniji lokali u Taljani, bl-investitur ewlieni tkun l-operatur tal-marina Taljan, Marina di Varazze.
Din il-marina, li se tipprovdi 274 post għall-irmiġġ u se jkollha breakwater, se tiġi żviluppata skont l-istandards stabbiliti mill-grupp Azmut|Benetti.
L-iffirmar tal-kuntratti se jsir fil-ġranet li ġejjin filwaqt li huwa mistenni li l-marina tkun lesta fi żmien tliet snin.