Jintemmu t-testijiet fuq il-Bendy Buses

Ġew fi tmiemhom it-testijiet ta’ sigurtà fuq il-bendy buses tal-Arriva.

Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, saru testijiet fuq żewġ bendy buses. Waħda minnhom hija l-bendy bus li ħadet in-nar f’wieħed mill-inċidenti riċenti.  

It-testijiet saru skont il-ftehim li ntlaħaq bejn il-Ministeru għat-Trasport u l-kumpanija Arriva. Mark Bowd, id-Direttur Maniġerjali tal-Arriva qal li dawn it-testijiet kienu ta’ suċċess.

Issa jmiss li l-kumpanija Arriva tippreżenta ċ-ċertifikati ta’ dawn it-testijiet lill-Ministeru għat-Trasport.

It-68 bendy bus ġew irtirati mit-toroq wara li tlieta minnhom ħadu n-nar f’temp ta’ inqas minn jumejn.