Jintemmu s-sanzjonijet kontra l-Iran b’rabta mal-pjan nukleari

Illum qed jiġu fi tmiemhom is-sanzjonijiet internazzjonali kontra l-Iran, wara taħdidiet fi Vjenna bejn is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan, Javad Zarif.
Is-sanzjonijiet kienu daħlu fis-seħħ b'rabta mal-pjan nukleari addottat mill-Iran u li dwaru jidher li ntlaħaq qbil li l-Iran jerġa' lura mill-attivitajiet atomiċi.
Bit-twaqqif tas-sanzjonijiet, huwa mistenni li l-Iran ikun jista' jibda jbiegħ iż-żejt mill-ġdid waqt li l-pajjiż jieħu lura l-assi li kellu ffriżati li jammontaw għal biljuni ta' dollari.
Barra minn hekk, huwa rrapurtat ukoll, li l-Iran ħeles erba' priġunieri Amerikani li kienu qed jinżammu arrestati fuq akkużi ta' spjunaġġ fuq il-pjan nukleari.
Wieħed mill-priġunieri meħlusa aktarx huwa ġurnalist ta' Washington Post.