Aġġornata: Illum fetħu l-iskejjel għal sena skolastika ġdida

Eluf ta’ studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji jerġgħu lura fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex għal bidu ta’ sena skolastika ġdida.

B'kollox huma aktar minn 31,000 l-istudenti Maltin u Għawdxin li qed jattendu l-iskola f'din is-sena skolastika. 

Ta’ min jgħid li x-xogħol fl-iskejjel matul ix-xhur tas-sajf baqa’ għaddej, bil-Gvern alloka €15-il miljun għal diversi xogħol ta’ manutenzjoni sabiex l-istudenti jsibu ambjent isbaħ f’bidu ta’ sena akkademika ġdida.

Ta’ kull sena, fl-għaxar ġimgħat ta’ vaganzi, diversi kapijiet tal-iskejjel ukoll jinsew il-vaganzi tagħhom u regolarment jidħlu għax-xogħol sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa u neċessarji.

Matul din is-sena skolastika ġdida se jkunu qed jiġu introdotti kunċetti ġodda li jinkludu s-sistema tal-koedukazzjoni, kif ukoll is-sistema tal-'middle-school'.

Ġenituri li tkellmu ma' Newsbook.com.mt għamlu referenza għall-uniformijiet kif ukoll għall-fatt li ċ-'Children's Allowance' waslu qabel il-bidu tal-iskola.