Jintemm l-għadd tal-voti: Lista tal-kandidati eletti

Matul il-lejl intemm l-għadd tal-voti, bil-Partit Laburista jirbaħ ukoll it-tmien distrett bi ftit voti.

B’hekk, il-Gvern Laburista għandu maġġoranza komda ta’ 13-il siġġu, iżda li jinżlu għal 9 wara li l-Partit Nazzjonalista jingħatalhom allokazzjoni ta’ 4 siġġijiet biex l-ammont ta’ voti jirrifletti l-maġġoranza fil-parlament.

Wara li l-Partit Laburista rebaħ Għawdex bi ftit voti, rebaħ ukoll it-tmien distrett. Din kienet taqtiegħa interessanti bejn Claudette Buttiġieġ (PN) u l-Professur Edward Scicluna (PL), fuq min kien se jiret l-aktar voti wara li jkunu ġew eliminati Joe Debono Grech (PL) u Michael Axiak (PN). Buttigieg spiċċat b’3680 filwaqt li Scicluna b’3688. Maġġoranza ta’ tmien voti biss.

Il-Partit Nazzjonalista talab recount għat-tmien distrett u t-tlettax id-distrett.

Dawn huma l-kandidati eletti f’kull distrett:

L-1 distrett: Louis Grech (PL) Mario de Marco (PN) Jose’ Herrera (PL) Deo Debattista (PL) Claudio Grech (PN)

It-2 distrett: Joseph Muscat (PL) Lawrence Gonzi (PN) Joe Mizzi (PL) Stefan Buontempo (PL) Helena Dalli (PL)

It-3 distrett: Owen Bonnici (PL) Mario Galea (PN), George Vella (PL) Carmelo Abela (PL), Etienne Grech (PL)

Ir-4 distrett: Joseph Muscat (PL) Konrad Mizzi (PL) Silvio Parnis (PL) Jason Azzopardi (PN) Chris Fearne (PL)

Il-5 distrett: Karmenu Vella (PL) Joe Sammut (PL) Marlene Farrugia (PL) Anthony Bezzina (PN) Edward Scicluna (PL)

Is-6 distrett: Marie-Louise Coleiro Preca (PL) Clyde Puli (PN) Silvio Schembri (PL) Roderick Galdes (PL) Ryan Callus (PN)

Is-7 distrett: Lawrence Gonzi (PN) Ian Borg (PL) Godfrey Farrugia (PL) Joe Cassar (PN) Charles Buhagiar (PL)

It-8 distrett: Chris Cardona (PL) Tonio Fenech (PN) Beppe Fenech Adami (PN) Edward Scicluna (PL) Edward Zammit Lewis (PL)

Id-9 distrett: Simon Busuttil (PN) George Pullicino (PN) Manuel Mallia (PL) Leo Brincat (PL) Robert Arrigo (PN)

L-10 distrett: George Pullicino (PN) Manuel Mallia (PL) Evarist Bartolo (PL) Robert Arrigo (PN) Francis Zammit Dimech (PN)

Il-11-il distrett: Anthony Agius Decelis (PL) Louis Grech (PL) Simon Busuttil (PN) David Agius (PN) Joe Cassar (PN)

It-12-il distrett: Evarist Bartolo (PL) Tonio Fenech (PN) Michael Farrugia (PL) Michael Gonzi (PN) Robert Cutajar (PN)

It-13-il distrett: Anton Refalo (PL) Giovanna Debono (PN) Chris Said (PN) Franco Mercieca (PL) Justyne Caruana (PL)