​Jintemm it-Tieni Qari ta’ liġi dwar il-counselling

Il-Parlament temm id-diskussjoni fil-livell ta’ Tieni Qari dwar il-liġi tal-Counselling.
Din il-liġi tirregola, fost l-oħrajn, min jista’ jkollu warrant biex jipprattika l-professjoni tal-counsellors u t-twaqqif ta’ kunsill apposta li jevalwa l-applikazzjonijiet għal warrants.
Il-kunsill se jkollu d-dmir ukoll li jiżviluppa standards marbuta ma’ taħriġ kontinwu għall-counsellors u jirrakkomanda Kodiċi ta’ Etika għall-professjonisti.
Il-liġi tidentifika wkoll il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom warrant tista’ titneħħa.
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu dwar il-ħtieġa ta’ din il-liġi għalkemm l-Oppożizzjoni trid tressaq xi emendi għal klawsoli fil-livell ta’ Kumitat.