Jintemm il-każ tal-bajd li tefa’ Justin Bieber

Il-kantant poplari Kanadiż Justin Bieber aċċetta li jirriżolvi każ il-Qorti li nfetaħ minn eks ġar tiegħu wara li l-kantant tefa’ l-bajd lejn id-dar tiegħu.

Skont The Guardian, dokument fil-Qorti juri li l-każ ġie solvut. Ma ngħatawx ddettalji dwar x’tip ta’ ftehim intlaħaq bejn iż-żewġ naħat.

Jeffrey u Suzanne Schwartz fetħu l-każ fl-2015 u allegaw li sofrew emozjonalment minħabba l-bajd li tefa’ Bieber u anke azzjonijiet oħra li wettaq. Ġie allegat ukoll li Bieber beżaq f’wiċċ Jeffrey Schwartz.