Jintemm ħesrem il-kuntratt ta’ Sturridge ma’ Trabzonspor

L-eks attakkant ta’ Liverpool Daniel Sturridge telaq minn mal-klabb Tork Trabzonspor tmien xhur wara li ffirma kuntratt ta’ tliet snin.

Il-klabb qal li l-kuntratt twaqqaf wara li ntlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Il-plejer internazzjonali Ingliż – li lagħab ukoll ma’ Manchester City, Chelsea, Bolton u West Brom – rebaħ iċ-Champions League ma’ Liverpool is-sena l-oħra qabel ma ngħata r-release.

Sturridge li għandu 30 sena leħaq lagħab 16-il logħba dan l-istaġun ma’ Trabzonspor u skurja seba’ gowls.