Jintefgħu tliet nominazzjonijiet biex jimtela post Therese Comodini Cachia

Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet tliet nominazzjonijiet biex jimtela’ l-post ta’ Therese Comodini Cachia fil-Parlament Ewropew.
Illum, fl-ewwel ġurnata li fiha ntlaqgħu n-nominazzjonijiet, tefgħu n-nomina tagħhom Raymond Bugeja, Norman Vella u Francis Zammit Dimech.
Therese Comodini Cachia rriżenjat mill-Parlament Ewropew wara li ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali.
L-għadd tal-voti se jsir nhar it-Tlieta li ġej.