Jintefgħu f’basket tal-plastik… akkost li ma jfallux skola

Fil-Vjetnam missier sab metodu prattiku għalkemm mhux neċessarjament sikur sabiex it-tfal tal-iskola ma jxarrbux il-ħwejjeġ wara li faret ix-xmara qrib tal-iskola fejn jattendu t-tfal tiegħu.

Fil-villaġġ ta' Sam Lang, fit-Trammuntana tal-pajjiż, ilmijiet ħallew l-akwati pparalizzati tant li pont li jgħaddi minn fuq ix-xmara ma setgħax jintuża minħabba li faret ix-xmara. F'tentattiv biex it-tfal ma jitilfux l-iskola, dan il-missier iddeċieda li jitfa' lit-tfal tal-klassi wieħed wieħed f'forma ta' basket tal-plastik, u b'dedikazzjoni liema bħala, qasam l-ilmijiet hu stess bit-tfal fil-basket.

L-għalliema sforz l-ammirazzjoni tagħha għal dan il-ġest insolitu u sa ċertu punt erojku, ffilmjat li r-raġel iwettaq din il-manuvra.