MaltaPost qiegħda tinforma lill-pubbliku li xi kontijiet tal-Awtorità tal-Artijiet u tal-Awtorità tad-Djar tqassmu bid-data żbaljata.
Fi stqarrija, il-kumpanija li tagħti servizz lill-Awtorità tal-Artijiet u lill-Awtorità tad-Djar spjegat li stampat u qassmet bi żball kontijiet b’data ħażina. Il-kontijiet bid-data Lulju 2019 qed jiġu stampati u għandhom jibdew jitqassmu minn għada.
Hija skużat ruħha għal kull inkonvenjent.