​Jintbagħtu 40,000 card ġdida tal-POYC

S’issa ntbagħtu 40,000 card ta’ sħubija minn 150,000 għall-pazjenti tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC).
Meta jagħlaq il-vawċer li għandhom bħalissa l-pazjenti tal-POYC, tintbagħat il-card fl-ispiżerija li l-pazjent ikun abbinat magħha.
Din il-card, simili għal card tal-bank, se tkun valida għal tliet snin.
Fi stqarrija, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li b’din is-sistema, ir-riċetti tat-tabib se jiddaħħlu direttament fuqha.
Ritratt: MFH