Malta tibgħat vapur akbar għall-immigranti salvati

Captain Morgan

Read in English.

Intbagħat vapur akbar tal-Captain Morgan biex jospità għadd ta’ immigrant li ġew salvati mill-baħar. Il-Gvern Malti għadu ma jridx iħalli lill-110 persuna li jinsabu bejn sema’ u ilma jinżlu l-art.

L-aħħar vapur li ntbagħat huwa l-Atlantis. Skont is-sit tal-Captain Morgan, dan il-vapur jiflaħ 499 passiġġieri. Huwa twil 39.6 metri. Dan se jkun qed joqgħod maġenb il-vapur Europa II wara li l-bastiment Bahari ntbagħat lura Malta.

Il-Bahari jiflaħ 300 passiġġier u huwa twil 23.59 metri.

Sorsi qrib il-Gvern qalu lit-Times of Malta li t-tibdil sar minħabba d-daqs tal-vapuri.

Id-dgħajjes qegħdin madwar 23km ‘il barra mill-kosta Maltija.

Id-deċiżjoni kontroversjali tal-Gvern li jikri vapuri tat-turisti tal-Captain Morgan biex jakkomoda fihom immigranti irregolari f’ibħra territorjali internazzjonali mingħajr ma joffrilhom ażil, tiswa €3,000 kull ġurnata għal kull bastiment.