Jintbagħat sentejn u nofs ħabs wara li kiser sentenza sospiża

Raġel intbagħat sentejn u nofs ħabsa wara li nqabad fil-pussess tad-droga.

Mustaf Biihi Abdi ta’ 33 sena mis-Somalja ngħata sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs wara li nhar is-Sibt inqabad iġorr 1.68g kannabis f’San Ġiljan. Huwa kien twaqqaf mill-Pulizija wara li deher suspettuż u meta l-Pulizija fittxitu sabet fuqu s-sustanza llegali.

Il-Qorti semgħet kif Abdi kiser sentenza li ngħat f’Mejju tal-2017 fejn kien ingħata sentenza sospiża ta’ erba’ snin. Għalhekk il-Qorti tagħtu s-sentenza ta’ sentejn ħabs filwaqt li saret it-talba li jingħata l-għajnuna fil-ħabs biex jegħleb il-vizzju tad-droga.