Jintbagħat Monte Karmeli r-raġel akkużat bil-qtil ta’ Maria Lourdes Agius

Ir-raġel akkużat bil-qtil ta’ Maria Lourdes Agius, li nqatlet f’darha fl-2018, qal fil-qorti llum li mhuwiex stabbli mentalment. Dan waqt li kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontrih.

Ir-raġel ta’ 29 sena li huwa mill-Kosta tal-Avorju huwa akkużat bil-qtil brutali tal-omm ta’ 6 itfal, li mietet billi ġiet fgata f’darha f’Raħal Ġdid f’Settembru li għadda.

Aġġornata: Mara mejta f’Raħal Ġdid

Id-Difiża qalet lill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li l-akkużat ma kienx stabbli mentalment fi żmien il-qtil tal-vittma. L-avukat tiegħu qal li se jissottometti applikazzjoni formali b’dan it-tagħrif ‘il quddiem.

Il-Maġistrat ordnat li l-akkużat jintbagħat fl-Isptar Monte Karmeli temporanjament.

Qtil f’Raħal Ġdid: Jgħid li mhux ħati

Qtil f’Raħal Ġdid: Jumejn qabel laqqtet xebgħa bis-sieq u b’siġġu

B’riżultat ta’ dan, il-Qorti ddikjarat li l-kumpilazzjoni tax-xhieda tiġi sospiża, u l-każ intbagħat għand l-Avukat Ġenerali. Issa jmiss li l-akkużat jiġi eżaminat minn xi psikjatri li jeħtiġilhom jippreżentaw rapport lill-Qorti. L-Avukat Ġenerali mbagħad ikollu 30 jum biex jikkontesta s-sejbiet tagħhom, u l-każ jiġi deċiż minn ġurin. Jekk jintlaqa’ r-rapport tal-psikjatri, l-akkużat jinħeles, iżda jintbagħat l-Isptar Monte Karmeli.