Jintbagħat lura Malta Albaniż li uża passaport falz

Raġel Albaniż ta’ 23 sena ntbagħat lura Malta wara li uża passaport falz biex mar l-Ingilterra minn Malta.
Dennis Haska wasal Malta fl-Ewwel tas-Sena permezz tal-passaport validu tiegħu, iżda wara li wasal, uża passaport falz biex mar l-Ingilterra.
Meta wasal l-Ingilterra hu ntbagħat lura Malta, fejn kien akkużat li uża passaport falz biex jitlaq mill-pajjiż.
Haska ammetta għall-akkużi miġjuba kontih u kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.