Jintbagħat il-ħabs għax seraq xi għodda, imma kien riċediv

Raġel ta’ 39 sena ntbagħat 18-il xahar ħabs talli nstab ħati li seraq xi għodda minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Berġa Taljana l-Belt Valletta.
Paul Scicluna, residenti Bormla, seraq b’€2,000 għodda jumejn ilu, u mill-ewwel wieġeb li kien ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh.
Fil-Qorti nstema’ li Scicluna kien riċeduv, wara li kien instab ħati b’serq erba’ snin ilu.
Minkejja li ammetta l-akkużi, il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras qaltlu li se jkollha tibagħtu l-ħabs talli hu riċediv.
Talbet biex ir-raġel jingħata l-għajnuna kollha possibbli fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, fosthom assistenza psikoloġika.
Bħalissa l-Berġa tal-Italja, li qabel kienet il-Ministeru għat-Turiżmu, qed isirilha x-xogħol biex tinbidel f’mużew nazzjonali tal-arti.