Jinstabu 6 każi oħra pożittivi tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

In-numru ta’ każi attivi tal-coronavirus f’Malta kompla jiżdied illum hekk kif instabu sitt każi oħrajn pożittivi f’temp ta’ 24 siegħa.

Permezz ta’ infografika, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li intat fiqu żewġ pazjenti oħrajn. B’hekk in-numru ta’ każi attivi fil-pajjiż issa tela’ għal 43.

OFFICIAL COVID-19 figures for 17•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Wednesday, June 17, 2020

L-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw li wieħed mill-każi ġodda huwa konness ma’ cluster li s’issa kien responsabbli għal 19-il każ. Il-ħames każi l-oħrajn kienu sporadiċi u erba’ minnhom ma kellhomx sintomi.

B’kollox, saru total ta’ 911-il swab test biex b’hekk it-total ta’ swab tests s’issa fil-pajjiż tela’ għal 84,964.

B’kollox f’Malta feġġew total ta’ 662 każ minn meta l-pandemija laħqet lill-pajjiż f’Marzu li għadda. Il-pandemija s’issa wasslet il-mewt ta’ disa’ persuni f’Malta, filwaqt li 610 pazjenti fiequ kompletament.