Jinsterqu qsari minn ħdejn il-bandli fis-Siġġiewi

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qal li nsterqu xi qsari u xi bejtiet tal-għasafar minn post tal-logħob għat-tfal fil-lokalità.

Dan qalu fuq Facebook, fejn ikkummentaw bosta residenti rrabjati b’dan l-aġir, billi dawn kellhom jitgawdew mit-tfal Siġġiwin. Ħafna stqarrew il-bżonn li jitwaħħlu kameras tas-sigurtà fiż-żona.

Residenta minnhom qalet li lilha nsterqitilha qasrija bil-ward kbira mill-parapett ix-xahar li għadda, li kienet ilha hemmhekk għal tmien snin.

Il-Kunsill talab lil kull min għandu xi informazzjoni biex jgħaddiha lill-Kunsill jew lill-Pulizija, anke b’mod anonimu.

Xi ħadd iddeċieda li jżejjen il-ġnien tiegħu b'dawn il-pots u l-bird nests li nxtraw mit-taxxi tiegħi u tiegħek biex…

Posted by Kunsill Lokali Is-Siġġiewi on Tuesday, August 13, 2019