Jinsterqu oġġetti personali mill-karozza ta’ Deputat Parlamentari

Persuna jew persuni mhux magħrufa wettqu ħsara fil-karozza personali tad-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono fejn tkissret il-ħġieġa tal-ġenb mal-bieba u nsterqu wkoll oġġetti personali.
Kienet Kristy Debono stess li poġġiet ritratt tal-karozza fil-profil personali tal-Facebook u ddeskrivat l-att bħala rigal xejn mixtieq tal-bidu tas-sena.
Hija appellat lill-awtoritajiet biex tiżdied is-sigurtà u biex il-Korp tal-Pulizija jingħata iżjed riżorsi biex jiġġieled il-kriminalità.