Jinsterqu kompjuters minn ħanut f’Santa Venera

Persuna jew persuni wettqu serqa matul il-lejl li għadda minn ħanut f’Santa Venera fejn serqu numru ta’ kompjuters.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-każ seħħ matul il-lejl iżda r-rapport sar fit-8.15am dalgħodu fi Triq il-Ferrovija l-Antika.

Jidher li l-persuna jew persuni li daħlu jisirqu faqgħu l-faċċata tal-ħanut li hija tal-ħġieġ biex daħlu ġewwa.

Dwar il-każ infetħet inkjesta li qed tiġi mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.