Jinsterqu flus minn ħanut fil-Mosta

Aġġornat 07:28 AM

Ammont ta’ flus insterqu minn ħanut fil-Mosta, skont il-Pulizija.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-5.30pm fi Triq Sant’Anna.

Fi stqarrija, il-pulizija spjegaw li r-raġel kien liebes hoody u kien armat b’sikkina. Hu daħal fil-ħanut fejn kien hemm tfajla ta’ 18-il sena, u talabha tagħtih il-flus. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali. S’issa ma kienx hemm arresti.

Fuq il-midja soċjali n-nies qalu li raw madwar erba’ karozzi tal-Pulizija fuq il-post. Uffiċjali tal-Pulizija kienu qed ikellmu lil xi nies b’rabta mas-serqa.

Ħadd ma ndarab kawża ta’ dan l-inċident.